Sebgħa u erbgħin Forty seven

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal SEBGĦA U ERBGĦIN għandu żewġ partijiet. L-ewwel isir is-sinjal għal ERBGĦA b’id waħda li tieqaf quddiem l-ispalla tal-istess naħa bil-pala tħares ’il ġewwa . Is-saba’ l-kbir jintlewa lejn il-pala waqt l-erba’ swaba’ l-oħra jieqfu bil-ponta tas-swaba’ jħarsu ’il fuq. Imbagħad isir is-sinjal għal SEBGĦA b’id waħda li tieħu l-forma ta’ L quddiem l-ispalla tal-istess naħa bil-pala tħares ’il ġewwa. Is-swaba’ maħruġin jippuntaw lejn il-ġenb.

The sign for FORTY SEVEN has two parts. First, the sign for FOUR is made with one hand upright in front of the shoulder of the same side with the palm facing inwards. The thumb is folded inwards towards the palm whilst the other four fingers point upwards. Then the sign for SEVEN is made with one hand that takes the form of L in front of the shoulder of the same side with the palm facing inwards. The fingers point to the side.